Sunday, June 19, 2011

L-imħabba t'Alla

Mhemm ebda ħin jew post fejn Alla ma jkunx Alla li jħobb. Alla ma jkunx aktar Alla dak inhar li jieqaf iħobb. Tagħmel x'tagħmel int ma jieqaf qatt iħobbok. 

Anke meta meta fid-dlam tal-ħajja ma tistax tara dan, Alla jkun għadu jħobbok bl-istess mod. Forsi tkun int stess li ddaħħal xi ħaġa bejnek u bejn Alla li jħobbok, imma Alla ma jieqaf qatt ikun imħabba għalik. Anke f'dawn il-mumenti Alla jibqa' hemm għalik, bħala Missier u Omm. 

No comments:

Post a Comment